MLI Blog

The MLI Blog is intended to inform you about the latest news relating to our courses and events. Furthermore, the curated articles are a source of additional knowledge and education in management and leadership, education, health and social care, and personal development.

Ir-Reżiljenza

6th June, 2019

Kontinwament nisimgħu bi traġedji kemm b’kawżi naturali bħal dulluvji jew terremoti kif wkoll dawk ikkawżati minn bnedmin għal bnedmin bħal abbuż, gwerer, vjolenza jew cirkostanzi oħra. Dawn huma kuntrarji kbar li jħallu mpatt kbir fuq il-bniedem saħansitra kultant jħalli mwiet. Biss hemm kuntrarji ħafna iżgħar li kuljum niltaqgħu magħhom u qatt ma jkunu rrappurtati bħal xi ħadd jaqsam it-triq waqt li tkun qed issuq fit-triq, xi ħadd ma jaqbilx miegħek, xi ħadd li jikkoreġġik u ma kellux raġun u ħafna oħrajn... Biss ir-reazzjoni tagħna u kemm għandna kapaċità li nissieltu b’mod b’saħħtu ma’ dawn il-ġrajjiet huwa skont kemm aħna reżiljenti.

Introduzzjoni

Edukazzjoni formattiva mhux għamja, imma li twassal lit-tfal meta jikbru jkun jafu jieħdu deċizjonijiet mibnija fuq prinċipji aktar milli soluzzjonijiet lesti u għalhekk ikunu aktar reżiljenti. Ir-Reżiljenza hija l-abbilità umana li tiffaċċja u tegħleb il-kuntrarju li nsibu fil-ħajja u li minn dak il-kuntrarju minflok inħarsu lejh bħala ostaklu li jżommna milli nkomplu għaddejjin, issir opportunità biex nikbru.

X’inhuma l-karatteristiċi tar-reżiljenza?

Ir-Reżiljenza tista’ tieħu diversi forom u nistgħu naqsmu dawn il-ħiliet fi tnejn:

  • Dawk il-ħiliet li jgħinuna li nissieltu mal-kuntrarju u allura nipproteġu lilna nfusna milli nkunu affettwati ħażin:

    • li nkunu konxji mill-emozzjonijiet u l-burdati tagħna;

    • li nqumu anke meta nħossuna falluti;

    • li nimmaniġġjaw l-emozzjonijiet;

    • li niddefendu lilna nfusna mill-ħsara.

  • Dawk il-ħiliet li minflok iħalluna nħarsu lejn dak li tlifna, jgħinuna nagħrfu l-opportunitajiet biex ninqalgħu min fejn aħna llum, fosthom:

  • li nkunu konxji mis-saħħiet tagħna;

  • li nkunu passjonati fl-għanijiet tagħna;

  • li nkunu krejattivi;

  • li ngħinu lil ħaddieħor anke jekk aħna nkunu minn mgħaffġin;

  • li jkollna ħiliet biex insolvu diffikultajiet li niltaqgħu minnhom.

Filwaqt l-ewwel grupp ta’ ħiliet huma aktar ħiliet biex aħna nipproteġu lilna nfusna mill-ħsara ta’ dak li huwa l-kuntrarju, it-tieni grupp ta’ ħiliet huma li mmorru lil hinn minna nfusna u nħarsu ‘l barra minna. Iż-żewġ gruppi huma essenzjali għall-ħajja. Huwa dmir tal-adulti jekk hux kuntest ta’ familja, ta’ skola, jew tas-soċjetà li l-ġenerazzjoni li ġejja kemm bl-eżempju kif ukoll b’dak li ngħidu niffurmaw ġenerazzjoni reżilienti u li l-kuntrarju jista’ jintrebaħ dejjem kemm fuq livell individwali u jekk dan mhux dejjem possibbli f’kuntest ta’ grupp tas-soċjetà.

Nagħmlu dan billi:

  • Minflok inwaħħlu f’xi ħadd, nerfgħu r-risponsabbilitajiet tagħna;

  • Minflok inpattuha lill-ieħor, nipprovaw nifhmu l-ieħor x’inhu jwassal lill-ieħor jaġixxi hekk;

  • Minflok ningħalqu fina nfusna, ninfetħu għall-oħrajn;

  • Minflok neħlu fir-rabja, nipprova nsibu soluzzjonijiet;

  • Minflok nintilfu fin-negattiv, nfittxu l-pożittiv;

  • Minflok nirrebellaw għal ġrajjiet naturali, naċċettaw li n-natura mhijiex fil-kontroll tal-bniedem.

Il-bniedem huwa mimli bir-riżorsi u nħarsu lejn il-ħajja b’mod pożittiv huwa l-ewwel pass nkunu reżiljenti.