MLI Blog

The MLI Blog is intended to inform you about the latest news relating to our courses and events. Furthermore, the curated articles are a source of additional knowledge and education in management and leadership, education, health and social care, and personal development.

Il-Ġustizzja Soċjali, l-Immigrazzjoni u l-Ewropa

6th June, 2019

‘Dak li tiżra’ taħsad,’ jgħid il-Malti u ftit huma dawk li jammettu li l-industrijalizzazzjoni ta’ mitejn sena ilu u r-Rivoluzzjoni Franċiża bl-ewwel dikjarazzjoni ewropeja tad-drittijiet umani ‘Fraternite’, Egalite’ et Liberte’ ‘ jista’ jwassal  għal rigress minflok progress. L-immigranti li jħarsu mill-bogħod minn pajjiżhom lejn l-Ewropa bħall-‘art imqaddsa’ fejn meta se jaslu se jsibu ‘art li tnixxi ħalib u għasel’ (Eż: 3: 18). Dawn il-grajjiet madwar l-immigrazzjoni huma ta’ qsim il-qalb għax il-maġġoranza jew il-pajjiżi kollha minn fejn jiġi l-immigranti kienu maħkuma minn pajjiżi Ewropej. X’ġara biex dawn il-pajjiżi għadhom daqstant lura u ma mxewx ‘l quddiem minn mindu telqu l-Ewropej? Kif kien l-istat ta’ dawn il-pajjiżi meta telquhom l-Ewropej jew tahom l-Indipendenza bħal ġara lill-Maltin?

L-istorja tgħidilna li l-Ewropej telqu dawn il-pajjiżi jew fi ġwerra u mingħajr sistema li jistgħu jiggvernaw b’mod demokratiku fejn is-soppressjoni u l-abbuż kien l-ordni tal-ġurnata jew telquhom mingħajr pjan u ħallew dawn in-nies fil-faqar forsi mhux biss materjali imma soċjali, materjali, psikoloġiku. Bħal ma ġara f’Malta l-Ewropej telqu dawn il-pajjiżi għax jew ma kellhomx aktar x’jieħdu minnhom jew ma baqgħux politikament importanti għalihom.

L-idejal tal-Ewropa huwa mibni fuq il-prinċipji u l-valuri tas-solidarjeta’ u s-sussidjarjeta’ u l-iskop kien li jistabilixxi ġustizzja mingħajr ġlied bejn l-Ewropej imma l-kwistjoni tal-immigrazzjoni toħroġ fatt importanti fejn jidħlu dawn il-valuri. In-nuqqas ta’ ftehim bejn il-pajjiżi u direzzjoni waħda u ċara fuq xi jsir minn dawn in-nies li jissograw ħajjithom u ħafna minnhom biex ifittxu’ ħajja ħafna aħjar minn dak huma kienu mdorrijin fiha, turi li l-valuri li fuqhom nbniet l-Ewropa mhux bilfors għadhom b’saħħithom. Forsi fejn tidħol l-immigrazzjoni din tidher ċara kristall filwaqt li fuq kwistjonijiet oħra mhux dejjem tidher ċara imma ma jfissirx li din mhiex hemm.

Il-kunflitt fuq l-immigrazzjoni ma jawgura xejn sabiħ fejn jidħlu l-valuri tal-Ewropej u ħafna drabi sfortunatament dan il-kunflitt juri li jew l-Ewropej nsew dak li għamlu lil dawn il-pajjiżi jew nsew il—wegħda li tagħmilhom parti mill-Unjoni Ewropeja. Il-flus jgħinu biex issir ġustizzja u għalhekk jingħataw fondi lil dawn il-pajjiżi huwa tajjeb iżda dan żgur li mhux biżżejjed għax l-akkoljenza, d-dinjita’ umana, l-inklużjoni u valuri oħrajn huma aktar mill-flus u l-fondi.

Il-Maltin huma magħrufa għall-ġenerożita’ u l-ospitalita’ imma meta jidħlu dawn in-nies aħna fejn qegħdin? Fuq liema naħa tal-minuta npoġġu lilna nfusna: in-naħa tal-akkoljenza, d-dinjita’ umana, l-inklużjoni jew in-naħa tar-rifjut? Kif qegħdin niġġudikaw lil dawn il-persuni – bħala barranin jew persuni li qed jfittxu ġustizzja?